Sunday, 19 May 2013

Ħatra ta’ Ambaxxatur Ġdid għall-Istati Uniti

Published on 22-Jun-2012Print this Article

L-Ambaxxatur Joseph Cole għadu kif ġie maħtur bħala Ambaxxatur ġdid ta’ Malta għall-Istati Uniti. L-Ambaxxatur Cole, li ilu żmien twil jaħdem fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, dan l-aħħar kien qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej u Ekonomiċi. Tul il-karriera tiegħu huwa serva wkoll bħala Direttur għall- Affarijiet li jikkonċernaw id-diplomazija multilaterali. Kien ukoll Konslu Ġenerali ġewwa Sydney, l-Awstralja, bejn l-1983 u l-1985, kif ukoll Deputat Kap tal-Kummisjoni Għolja Maltija f’Londra bejn l-1998 u l-2001.

 

L-Ambaxxatur Cole kellu wkoll l-irwol ta’ Chairman tas-Sanctions Monitoring Board li kellu funzjoni kruċjali matul il-kriżi fil-Libja, kif ukoll l-implementazzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-Iran fost pajjiżi oħra.

 

L-Ambaxxatur Cole mistenni jieħu l-ħatra tiegħu bħala Ambaxxatur ta’ Malta għall-Istati Uniti fil-ġimghat li ġejjin.



Back to list
spacer
 
This website uses flash animation. Download flash player for free by clicking here.
This website requires PDF Reader technology. Install the PDF Reader to view.
GOV.MT DOI
Designed by Liquid Studios Ltd.
Powered by FlexiPort
Ver 1.0.4787