It-trattati li Malta iffirmat ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi mill-Independenza ‘l hawn, issa jinsabu online fuq is-sit tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin: www.foreign.gov.mt . Is-sit elettroniku jaghti l-facilita li wiehed inizzel dawn it-trattati. Dan il-progett sar fuq inizjattiva tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg. L-ufficjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hadmu u wettqu dan il-progett. Il-pubbliku issa ghandu l-facilita li jaccedi kull trattat mill-kumdita tad-dar jew l-post tax-xoghol jew taghlim tieghu fi kwalunkwe hin.
Dawn it-trattati jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni ‘Treaty Series’ li l-link għaliha tinsab fil-paġna www.foreign.gov.mt. It-tfittxija inħadmet b’tali mod li l-utent jista’ jfittex skont il-pajjiż, l-isem tat-trattat partikolari, id-data tar-ratifika, id-data tal-iffirmar, kif ukoll permezz ta’ keywords differenti.
Dan is-servizz huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjżna. Din hija ħolqa oħra mill-katina ta’ inizjattivi li ħa dan il-Ministeru f’din il-leġislatura sabiex ikun aktar viċin in-nies.
|