Saturday, 25 May 2013

Mijiet ta’ nies iżuru il-websajt tat-trattati ‘on-line’

Published on 08-Aug-2012Print this Article

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, mijiet ta’ nies aċċessaw is-servizz tat-trattati ‘on-line’ offrut mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq il-websajt www.foreign.gov.mt. Is-servizz qed jikber fil-popolarità tiegħu tant li r-rikjesti biex jitniżżlu t-trattati qed tiżdied kuljum b’mod sostanzjali.

Dan is-servizz beda jiġi offrut fil-bidu ta’ dan is-sajf u t-trattati kollha sa mill-Indipendenza l-hawn jinsabu online fuq is-sit tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin: www.foreign.gov.mt .

Dan il-proġett sar fuq inizjattiva tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg. L-uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadmu u wettqu dan il-proġett. Il-pubbliku issa għandu l-faċilità li jaċċedi kull trattat mill-kumdita tad-dar jew l-post tax-xogħol jew tagħlim tiegħu fi kwalunkwè ħin.

Dawn it-trattati jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni ‘Treaty Series’ li l-link għaliha tinsab fil-paġna www.foreign.gov.mt. It-tfittxija inħadmet b’tali mod li l-utent jista’ jfittex skont il-pajjiż, l-isem tat-trattat partikolari, id-data tar-ratifika, id-data tal-iffirmar, kif ukoll permezz ta’ keywords differenti.

Dan is-servizz huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjżna. Din hija ħolqa oħra mill-katina ta’ inizjattivi li ħa dan il-Ministeru f’din il-leġiżlatura sabiex ikun aktar viċin in-nies.



Back to list
spacer
 
This website uses flash animation. Download flash player for free by clicking here.
This website requires PDF Reader technology. Install the PDF Reader to view.
GOV.MT DOI
Designed by Liquid Studios Ltd.
Powered by FlexiPort
Ver 1.0.4787