L-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja kompliet sseddaq il-ħidma tagħha biex tkattar il-kuntatti u tattira investiment lejn pajjiżna. Dan wassal sabiex Malta tingħata prominenza fir-rivista ‘Moneda’ li hija waħda mill-iktar rivisti importanti fi Spanja li tiffoka fuq l-investiment.
L-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin madwar id-dinja jaħdmu sabiex fost affarijiet oħra, jagħtu wkoll prominenza lit-tkattir ta’ kuntatti kummerċjali. Dawn il-kuntatti jkollhom il-potenzjal li jissarfu f’xogħol għal Maltin u jagħtu l-opportunita’ lil investituri u negozjanti Maltin ikabbru l-interessi tagħhom barra minn xtutna.
Agħfas hawn għal akar informazzjoni.
|