Press Release
Published on 02-May-2012
On 20th April Ms Deborah Attard Montalto, Chargé d’Affaires a.i. at the Maltese Embassy in Copenhagen, delivered a presentation at a conference on European citizens’ rights. This conference was organized by Europeans Throughout The World (ETTW), the European federation of national associations of expatriates, and Danes Worldwide, the Danish member of the federation. The association Maltin fil-Belġju also participated in the conference.
Ms Attard Montalto’s presentation, “Experiences from Malta”, dealt with dual citizenship, the exercise of voting rights and relations between Malta and the Maltese living abroad. Amongst other things, she mentioned the legislation enacted on 2nd December 2011 to establish a Council for Maltese Living Abroad and that preparations to bring it into effect are underway. The organisers openly praised Malta for making its legislation so easily available, and in English, on the internet.
The attached photo is of Mr Franklin Mamo of Maltin fil-Belġju, and Ms Deborah Attard Montalto Chargé d’Affaires a.i. from the Embassy in Copenhagen at the Conference venue.
______________________________________________________________________
Fl-20 t’April Ms Deborah Attard Montalto, Chargé d’Affaires a.i. fl-Ambaxxata Maltija gewwa Kopenħagen, tat preżentazzjoni waqt konferenza fuq id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej. Din il-konferenza kienet organizzata minn Europeans Throughout The World (ETTW), il-federazzjoni t’għaqdiet nazzjonali Ewropej t’espatrijati, u Danes Worldwide, il-membru Daniż tal-federazzjoni. L-assocjazzjoni Maltin fil-Belġju ukoll ħadet sehem fil-konferenza.
Il-preżentazzjoni ta’ Ms Attard Montalto, “Experiences from Malta”, ittrattat l-esperjenza Maltija fejn tidħol ic-cittadinanza doppja, id-dritt tal-vot u r-relazzjoni ta’ Malta mal-Maltin ta’ Barra. Fost affarijiet oħra semmiet il-liġi tat-2 ta’ Dicembru 2011 li tistabilixxi Kunsill għall-Maltin ta’ Barra u li qed jittieħdu passi ħalli l-Kunsill jiġi mwaqqaf. L-organizzaturi faħħru lil Malta għall-fatt li l-liġijiet ta’ Malta huma kollha fuq l-internet, u bl-Ingliż.
Fir-ritratt mehmuz jidhru is-Sur Franklin Mamo ta’ Maltin fil-Belġju u Ms Deborah Attard Montalto Chargé d’Affaires a.i. ta’ l-Ambaxxata ta’ Malta f’Kopenħagen.